Juncker b'appell biex nagħmlu s-sena kollha bil-ħin tas-sajf | One News

Notifiki

Juncker b’appell biex nagħmlu s-sena kollha bil-ħin tas-sajf

Il-Kummissjoni Ewropea se tkun qed tirrakkomanda li l-Istati Memrbi tal-Unjoni Ewropea jabbandunaw il-prattika li jbiddlu l-ħin tas-Sajf mir-Rebbiegħa għall-Ħarifa, bil-għan li jibqgħu bil-ħin tas-sajf is-sena kollha.

Il-President tal-Kummissjoni, Jean Claude Juncker, qal li konsultazzojni riċenti li saret, uriet kif iktar minn tmenin fil-mija taċ-ċittadini Ewropej huma favur din il-miżura.Waqt li kien qed jitkellem mal-midja internazzjonali, hu spjega li l-Kummissjoni għamlet stħarriġ li għalih wieġbu l-miljuni, u li l-maġġoranza assoluta ta’ dawn wieġbu li jemmnu li l-ħin tas-sajf għandu jinżamm is-sena kollha. Żied jgħid li l-kummissjoni se tkun qed tiddiskuti, u tiddeċiedi dwar dan matul il-jum tal-Ġimgħa.

Qal li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun ibbażata fuq dak li jixtiequ n-nies, waqt li fakkar li anke jekk din tivvota favur, xorta jkun fadal l-approvazzjoni tal-Gvernijiet Nazzjonali u l-Parlament Ewropew biex issir liġi.

Sa issa, taħt liġijiet Ewropej, f’kull wieħed mit-tmienja u għoxrin pajjiż iċ-ċittadini iridu jmexxu l-arloġġ siegħa ‘l quddiem fl-aħħar Ħadd ta’ Marzu, u siegħa lura fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend