Jinżamm arrestat wara li ammetta serqa minn ħanut f'Bormla | One News

Notifiki

Jinżamm arrestat wara li ammetta serqa minn ħanut f’Bormla

Raġel ta’ 44 sena li m’ghandux post fejn joqgħod għax kien residenti fl-Isptar Mount Carmel, tressaq il-Qorti akkużat li seraq minn ħanut tal-apparat elettroniku f’Bormla.Il-każ seħħ fis-17 ta’ Awwissu li għadda f’ħanut f’Borma, u l-akkużat, Pier Paul Buttigieg, wieġeb ħati għall-akkuża miġjuba kontrih.

Il-Qorti ordnat li dan jinżamm taħt arrest fl-Isptar Mount Carmel minħabba l-vizzji u l-problemi li għandu, u ordnat ukoll li jkun segwit minn professjonisti li għandhom iressquh lejn pjan ta’ rijabilitazzjoni.

Il-kawża ġiet diferita għall-5 ta’ Settembru li ġej.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend