Jinħelsu mill-arrest wara argument ma' raġel fil-Gżira | One News

Notifiki

Jinħelsu mill-arrest wara argument ma’ raġel fil-Gżira

L-aħwa Dylan u Kenneth Magro tressqu l-Qorti wara li kellhom argument ma’ raġel barrani l-Erbgħa li għadda. L-argument seħħ bejn l-aħwa u Aosama Elnib li jista jkun jitressaq għada l-Qorti għalkemm huwa l-vittma f’dan il-każ.

Jidher li Elnib u l-aħwa Magro kienu ilhom jistiednu lil xulxin għall-ġlied fuq il-midja soċjali, iżda l-argument eskala l-Erbgħa fil-Gżira.Fl-argument, Neil Agius wassal bil-vettura tiegħu lill-vittma, u pprova jtajjar lil Tracy Magro, qariba tal-akkużati. Din sofriet ġrieħi ħfief.

L-aħwa wieġbu mhux ħatja u ngħataw il-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet, fosthom li ma jkellmux lill-vittma. Intant, Neil Agius ukoll wieġeb mhux ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest, bil-kundizzjoni li jiffirma l-għassa tan-Naxxar fost oħrajn.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend