“Il-partiġjaniżmu qabel is-sigurtà tan-nies”- il-PL – One News

Notifiki

“Il-partiġjaniżmu qabel is-sigurtà tan-nies”- il-PL

Hija tal-mistħija kif esponenti ewlenin tal-Oppożizzjoni għażlu li jkunu partiġġjani f’mument sensittiv fejn il-membri tal-protezzjoni ċivili kienu qed jissieltu biex jitfu nirien kbar fil-Magħtab.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota kif minflok kliem ta’ appoġġ għal dawn il-ħaddiema, u minflok xerrdu l-appelli li ħarġu awtoritajiet diversi favur is-saħħa tan-nies, il-Kelliem għall-Ambjent, Jason Azzopardi u kelliema oħra tal-PN, bħal Beppe Fenech Adami u Simon Busuttil, kienu mhedija jiktbu messaġġi politiċi partiġjani.

Meta għandhom l-anqas jafu x’ġara kienu lesti biex jgħajru l-gvern u esponenti tiegħu.Dan kien każ ieħor li qed juri kif il-Partit Nazzjonalista baqa’ l-istess fejn il-partiġjaniżmu sfrenat jirbaħ fuq kull ħaġa oħra, inkluż is-sigurtà tan-nies.

Il-Partit Laburista rringrazja lill-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili u ħaddiema oħra involuti għall-ħidma tagħhom dalgħodu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend