In-nirien fil-Magħtab ħadu waħedhom- Ma ġrat l-ebda ħsara fl-impjant – One News

Notifiki

In-nirien fil-Magħtab ħadu waħedhom- Ma ġrat l-ebda ħsara fl-impjant

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Wasteserv intqal li fl-impjanti ma ġrat l-ebda ħsara u l-ebda ħaddiem ma weġġa f’dan l-inċident.

L-ewwel ma waslu kienu l-Emergency Response Team tal-Wasteserv. Esperti tal-Wasteserv qalu li Dak li qabad illum huwa RDF; Refuse Derived Fuel. L-RDF huwa l-materjal tal-borża l-griża u sewda li ma jistgħux jiġu rriċiklati.

L-ogħla diriġenti tal-Wasteserv spjegaw kif wara l-inċident ta Wied il-Għajn, l-RDF ma setax jiġi esportat malli-ewwel hekk kif il-permess dam tmien xhur biex inħareġ.

Mill-aħħar xahar dan il-materjal issa qed jiġi esportat lejn il-Portugall, imma f’dawn it-tmien xhur laħaq inġema’ numru sostanzjali ta’ RDF jistenna l-esportazzjoni.

Dan il-materjal jista’ jkun perikoluż minħabba li jista’ jaqbad waħdu, għalekk,  il-ħażna tiegħu kienet qed titgħatta bir-ramel sabiex tinqatalu l-arja. Il-Wasteserv spjegat kif kien hemm riskju ta’ nirien, u l-kumpanija kienet preparata għal dan. Minħabba dan il-periklu, iċ-ċellola li kien qed jinħażen fiha dan il-materjal li qabdet kienet iżolata. Il-kawża tan-nirien kienet konfermata li ġrat wara self combustion.

Peter Paul Coleiro mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili spjega li bħala dipartiment kellhom 3 prijotitajiet, il-protezzjoni tal-impjant, li titwaqqaf firxa tan-nar, u li jintfew nirien.

S’issa intużaw madwar 130,000 litru kubu ta’ ilma u tunnellati kbar ta’ramel. Bħalissa id-Dipartiment qed ikompli jordom il-materjal u il-vetturi tat-tifi tan-nar għadhom fuq standby.

Il-Ministru Jose Herrera qal ukoll li malli wasal fuq il-post assigura ruħu li ma weġġa’ ħadd, u talab li għandha tissejjaħ inkjesta Maġisterjali. Madankollu l-Maġistrat tal-Għassa deherilha li ma kienx hemm bżonn hekk kif huwa ċar li dan huwa inċident. Dwar dan il-Ministru informa wkoll lill-Avukat Ġenerali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend