Il-Gvern Taljan b'apoloġija mal-Ambaxxatriċi Maltija fl-Italja | One News

Notifiki

Il-Gvern Taljan b’apoloġija mal-Ambaxxatriċi Maltija fl-Italja

Il-Ministru tal-Affarijiet barranin u kooperazzjoni Internazzjonali Taljan Enzo Moavero Milanesi ċempel lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti Carmelo Abela biex f’isem il-Gvern Taljan jitlob skuża għall-insulti li l-Ambaxxatriċi Maltija f’Ruma Vanessa Frazier irċeviet permezz ta’ sit privat fuq il-mezzi tal-midja soċjali.

Fl-istess ħin, l-Ambaxxatur Taljan f’Malta Mario Sammartino wera solidarjetà mal-kollega Maltija.

Dan intqal fi stqarrija li ħarġet mill-Ambaxxata Taljana f’Malta.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend