ARA: Delia bla pjan u jċedi għall-klikka ta' Busuttil | One News

Notifiki

ARA: Delia bla pjan u jċedi għall-klikka ta’ Busuttil

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien kostrestt iċedi għall-klikka ta’ Simon Busuttil u sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet dwar in-nirien fil-Magħtab mingħajr ma segwa d-dettalji li ngħataw mill-uffiċjali tal-Wasteserv.

F’diskors ta’ madwar kwarta, il-Kap Nazzjonalista allega li l-Gvern kien qiegħed jaħbi l-fatti dwar in-nirien fil-Magħtab u beda jistaqsi bosta mistoqsijiet li kienu diġà twieġbu fid-dettall f’konferenza tal-aħbarijiet li ngħatat siegħa qabel.Mistoqsi segwiex il-konferenza stampa, Delia qal li din ma kinitx importanti u bbaża diskorsu fuq spekulazzjonijiet u dak li ħaseb moħħu u mhux fuq fatti. Mistoqsi minn ġurnalist ta’ ONE News jekk jaqbilx mal-pjan tal-Gvern li juża l-iskart biex jibdlu f’enerġija, Delia qal li dan m’għandux x’jaqsam. Aktar qabel il-Ministru għall-ambjent Jose Herrera spjega li meta jitlesta l-inċineratur, ir-riskju tan-nar kien se jiġi eliminat.

B’reazzjoni, il-Partit Laburista qal li Adrian Deli ċeda għall-klikka ta’ Simon Busuttil li meta n-nar kien għadu jħeġġeġ ġew jaqgħu u jqumu mis-sigurtà tan-nies u ħarġu jagħmlu argumenti politiċi partiġġjani. Fosthom tad-deputat Jason Azzopardi li qabel mar jakkumpanjah fil-Magħtab, għamel nofstanhar jirreaġixxi b’kummenti politiċi partiġġjani.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend