X'lest tilgħab bl-azzard mill-identità tiegħek? | One News

Notifiki

X’lest tilgħab bl-azzard mill-identità tiegħek?

Bejn l-14 u s-16 ta’ Settembru, Valletta 2018 se ttella’ ‘Każin Barokk’, spettaklu teatrali parteċipattiv fejn l-udjenza tittieħed fi vjaġġ esplorattiv dwar il-Barokk, il-logħob tal-azzard, u fuq kollox: l-identità Maltija.Dan l-ispettaklu ta’ siegħa u nofs se jsir fil-Bieb ta’ Notre Dame, magħruf bħala Bieb is-Sultan jew il-Mina ta’ Kottoner. Nhar il-Ġimgħa u s-Sibt 14 u 15 ta’ Settembru dan se jibda fit-8pm, u l-Ħadd fis-7.30pm.

Dan il-proġett, b’varjetà ta’ mużika, projezzjonijiet, u saħansitra robotika hu mfassal minn Elli Papakonstantinou, l-ODC Ensemble u artisti parteċipanti, u hu organizzat minn Valletta 2018.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend