It-telephone boxes ħomor fil-Belt se jiġu irrestawrati | One News

Notifiki

It-telephone boxes ħomor fil-Belt se jiġu irrestawrati

Għadd ta’ telephone boxes ħomor li jinsabu madwar il-Belt Valletta se jiġu irrestawrati. Dan wara li ħareġ il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex isiru xogħlijiet ta’ restawr fuq dawn l-istrutturi, dan hekk kif il-popolarità tagħhom naqset wara li żdied l-użu tal-mowbajl.

Il-11-il telephone boxes li se jkunu irrestawrati huma Mk1 u Mk2 tat-tip 6B u jinsabu l-aktar fi Triq ir-Repubblika u Strada Merkanti.

Dawn l-istrutturi ġew iddisinjati minn Sir Gilbert Scott sabiex jikkomemoraw il-Ġublew tal-Fidda tar-Re Ġorġ V fl-1935. Dawk li huma Mark 1 għandhom disinn ta’ qabel it-Tieni Gwerra Dinjija u ġew immanifatturati bejn l-1936 u l-1952. Kien meta r-Reġina Eliżabetta II telgħet fuq it-tronli nħoloq id-disinn tal-Mk2 bil-produzzjoni tkun bejn l-1952 sal-1968.

Dawn l-istrutturi se jkunu qed jittieħdu f’dipartiment tal-manifattura sabiex isiru x-xogħlijiet ta’ restawrazzjoni.

Lura fl-2001 l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet ordni ta’ protezzjoni ta’ Grad 2 fuq dawn l-istrutturi.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend