Imut l-artist u skultur Renzo Gauci | One News

Notifiki

Imut l-artist u skultur Renzo Gauci

Miet Renzo Gauci, artist li hu magħruf għal xogħol ta’ restawr fuq l-iskulturi. Huwa kellu 59 sena.

Jidher li Gauci, imwieled Ħal Tarxien, tilef il-battalja missielta kontra l-kanċer.

Magħruf li kellu imħabba għall-arti sa minn ċkunitu, Gauci se jibqa’ mfakkar għall-iskultura fl-injam u statwi tal-kartapesta.

Huwa kien għamel xi xogħol fuq il-vara tal-Madonna tal-Karmnu għall-Parroċċa tal-Fgura, in-niċċa għall-vara ta’ Marija Reġina fil-Marsa u xogħol ieħor għall-Knisja tal-Madonna tal-Pilar fil-Belt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend