Il-qgħad jonqos b'671 persuna fix-xahar ta' Lulju | One News

Notifiki

Il-qgħad jonqos b’671 persuna fix-xahar ta’ Lulju

Iċ-ċifri tal-persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Lulju juri li l-qgħad kompla jonqos għal elf tmien mija u tmienja u għoxrin.

F’lulju tas-sena l-oħra kien hemm ftit anqas minn elfejn u

Iċ-ċifri pprovduti minn Jobs Plus juru li fi tnax-il xahar kien hemm tnaqqis ta’ ħames mija u tlieta u sebgħin persuna li kienu qegħdin jirreġistraw fl-ewwel parti tar-reġistru u tnaqqis ieħor ta’ tmienja u disgħin persuna  li kienu qegħdin jirreġistraw fit-tieni parti tar-reġistru. Sal-aħħar ta’ Lulju li għadda kien hemm elf, tmien mija u tmienja u għoxrin persuna jirreġistraw għax-xogħol, jiġifieri tnaqqis ta’ aktar minn sitt mija u sebgħin ruħ.
Mir-rekords amministrattivi tal-aġenzija tax-xogħol joħroġ li t-tnaqqis fil-persuni qiegħda kien fil-kategoriji kollha iżda l-akbar tnaqqis kien fost dawk li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn wieħed u għoxrin ġimgħa. Fil-fatt il-qgħad f’din il-kategorija naqas b’aktar minn tlett mitt ruħ. Dawk li kienu ilhom aktar minn sena qiegħda naqsu bi kważi mitejn u ħamsin ruħ.

L-istatistika turi wkoll li kien hemm tnaqqis ukoll ta’ tlettax-il persuna b’diżabilità biex sal-aħħar ta’ Lulju li għadda 271 persuna b’diżabilità kienu għadhom jirreġistraw għax-xogħol.

Iċ-ċifri tal-NSO juru li għal xahar ieħor il-qgħad huwa fl-anqas livelli tiegħu għal dawn l-aħħar għexieren ta’ snin. Malta għandha wkoll fost l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u l-inqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend