Iffirmat ftehim bejn Enemed u l-Emirates National Oil Company Ltd | One News

Notifiki

Iffirmat ftehim bejn Enemed u l-Emirates National Oil Company Ltd

Ġie ffirmat ftehim ta’ koperazzjoni bejn il-kumpanija Enemed u l-kumpanija nazzjonali taż-żejt tal-Emirati Għarab Magħquda, ENOC.

Dan il-ftehim jara l-bidu ta’ possibbilment koperazzjoni aktar mill-qrib bejn dawn iż-żewġ kumpaniji fir-rigward ta’ proġetti kapitali kemm f’Malta u anke barra mill-pajjiż, equity participation f’kumpaniji Maltin mill-ENOC kif ukoll il-ftuħ ta’ trading office f’Malta.Għalkemm il-proċess għadu fil-bidu, Enemed diġà bdiet taħdem internament biex jiġi identifikat it-team ta’ negozjaturi li se jkun immexxi miċ-Chairman Eżekuttiv Kevin Chircop taħt il-gwida tal-Ministru Joe Mizzi.

Dan il-ftehim hu parti mill-istrateġija tal-kumpanija Enemed li tkompli ssaħħaħ il-preżenza tagħha u tafferma lilha nnifisha bħala kumpanija mudell għal entitajiet oħrajn billi ttejjeb l-operat b’mod kontinwu. ENOC, bl-esperjenza kbira li għandhom f’dan is-settur, jistgħu jagħtu kontribut siewi fi proġetti futuri li l-Enemed jew kumpaniji sussidjarji futuri jista’ jkollhom kemm Malta u anke barra.

Dan il-MoU ġie deskritt bħala pass kbir għal Enemed fil-pjan strateġiku tagħha biex tkompli tkabbar l-operat u tiddiversifika fis-settur biex tibqa’ tiggarantixxi prodotti tal-aqwa kwalità għall-konsumaturi tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend