Id-djuq ta' Manuel Delia | One News

Notifiki

Id-djuq ta’ Manuel Delia

Qisu l-bieraħ imma għaddew xi 12-il sena, meta bħala Sindku tal-Ħamrun, sibt ruħi f’uffiċċju fil-Ministeru tal-Bużullotti, magħruf ukoll bħala tat-Trasport, quddiem Manuel Delia, wieħed mill-persons of trust ta’ Austin Gatt. Manuel Delia jitgħaggeb ħafna għax ħaddiehor ikun appuntat person of trust, imma nesa’ żmienu.

Niftakar kont quddiemu għaliex bħala Kunsill Lokali xtaqt li ntaffi l-ikbar problema li għad hemm fil-Ħamrun. It-traffiku u l-parkeġġ. Kont ressaqtllu l-proposta tal-parkeġġ taħt l-art li wara ħafna terturi sar, u proposti oħrajn, fosthom li fejn kien il-parkeġġ tal-korsa tal-Marsa, isir park and ride għal postijiet qrib fosthom il-Ħamrun, għal dawk li jiġu jaħdmu fil-Ħamrun jew jixtru.

Apparti l-fatt li l-proposti kien stmhom fejn ipoġġi bil-qiegħda, qbadna diskursata fuq is-sitwazzjoni besjtali tat-traffiku. Għax biex kulħadd jiftakar, is-sitwazzjoni ħazina tat-traffiku f’Malta bdiet taħt Il-Gvern tal-Bużullotti.Waqt id-diskursata, niftakar ngħidlu jagħtini risposta il-għala t-toroq kienu qed jidjiequ flok jitwessgħu. Il-loġika tgħidlek li jekk jiżdiedu l-vetturi, għamlilhom il-wisgħa u mhux idejjaq it-triq. Każ klassiku kienet it-triq ta’ quddiem Monte Karmeli. Kulħadd jaf fejn u kulħadd jaf x’qassata saret.

Skond Delia, din kienet il-viżjoni tal-futur sabiex innaqqsu t-traffiku f’pajjiżna, fi żmien fejn se jkun hawn tant karozzi li bil-kemm ikunu jistgħu jiċċaqalqu. Ippruvajt nifhem. Sal-lum għadni ma fhimtx kif jista’ jkun li billi tnaqqas l-ispazju u ddejjaq it-toroq, il-vetturi se jkunu jistgħu jimxu aħjar. Pjuttost ġara bil-kontra, kif wara kollox hu loġiku. Ifhem, ma tridx tkun a person of trust taħt Austin Gatt biex tkun daqsekk ġenju li tinduna li aktar ma ddejjaq it-toroq aktar se toħloq konfużjoni fit-traffiku!

Imma din kienet il-politika magħmula skond il-pariri tal-persons of trust bħal Delia u l-konsulenti kollha li kellu dak il-Gvern. Min jaf kemm infaqna eluf lil dawn il-konsulenti biex ħadna parir li anqas l-iktar persuna illiterata ma kienet tagħti.

Forsi il-politika kienet intiza biex naqtgħu qalb in-nies jużaw il-vetturi privati għax forsi kien hemm min kien jaqbillu li minflok jitużaw taxis? Min jaf. Min għandu ftit melħ f’moħħu jaf x#qed ngħid!

Illum dan il-Gvern kellu jerfa il-ħsara kollha li saret minn dawn il-pariri għax pajjiżna stagħġna. Ovvjament li jkollok it-traffiku l-akbar problema, bil-ġid li qed jinħoloq, aktar u aktar nies għandhom bżonn u jaffordjaw jixtru vettura.

Illum, għandna politika tas-sens komun. Ma fadalx triq li mhux titwessa’. Tieħu r-ruħ tara dawk ix-xogħolijiet kollha għaddejjin f’daqqa u bl-inqas inkonvenjent possibbli. Dan il-Gvern ma ħalliex triq waħda li hi waħda kif kienet. Ibda mill-Marsa, sa Santa Venera, sa tal-Barrani u issa Attard. Is-sabiħa hi li anki mill-oppożizzjoni, dawn għadhom bl-istess mentalita li jħallu t-toroq dojoq għax qed jopponu proġett inkredibbli intiż biex dak li jkun ġej mit-tramuntana ta’ Malta ma jaħlix siegħa minn ħajtu fit-traffiku.

Ma ninsewx ukoll li dawn ix-xogħolijiet mhux biss qed isiru imma jitlestew fi żmien inqas minn dak ippjanat. Gvern li jwettaq dak li jwiegħed fi żmien rekord.

Il-morali tal-istorja? Mid-djuq ta’ Delia (Manuel) u l-bużullotti, spiċċajna bl-aqwa żmien għat-toroq ukoll.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend