Ħaddiem jindarab gravi b'chaser f'sit ta' kostruzzjoni fil-Gżira | One News

Notifiki

Ħaddiem jindarab gravi b’chaser f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Gżira

Raġel indarab gravi b’chaser f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Gżira.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tat-tlieta u kwart fi Triq Sliema, il-Gżira.

Il-Pulizija mill-Għassa tas-Sliema marru fuq il-post, fejn ġew mgħarrfa li waqt li ra ġel Taljan kien qiegħed jaħdem b’chaser f’sit ta’ kostruzzjoni, għal xi raġuni sofra xi ġrieħi bl-imsemmija għodda.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend