"Gvern li jinvesti l-iskejjel" – il-PL | One News

Notifiki

“Gvern li jinvesti l-iskejjel” – il-PL

Il-Gvern qed ikompli jaħdem biex l-iskejjel jitjiebu u jisbieħu. Mill-2013 ‘il quddiem, żdied l-investiment fuq bini ta’ skejjel ġodda kif ukoll fuq xogħlijiet infrastrutturali ta’ ċertu kobor fi skejjel li kienu qed jiqdiemu.

Fi stqarrija, il-Partit Laburita fakkar kif fost oħrajn inbnew skola medja ġdida f’Ħal Kirkop, skola ġdida fil-Kulleġġ San Nikola f’Ħad-Dingli, skola primarja ġdida f’Ħaż-Żebbuġ u sar il-bini ta’ skola nazzjonali tal-isport f’Pembroke. Fl-istess ħin inbena kampus ġdid tal-MCAST f’Għawdex.

Ma dawn wieħed iżid ix-xogħol li sar f’numru ta’ postijiet oħra li jinkludu alterazzjonijiet u l-bini ta’ blokk ġdid fis-St Margaret College Middle School f’Bormla; St Theresa College Middle School, B’Kara; St Nicholas College Middle School, ir-Rabat (Malta); Maria Regina College Middle School, Naxxar; il-bini ta’ kindergarten block mal-ġenb ta’ St Claire College Primary School, San Ġwann; lecture block ġdid f’Sir MA Refalo Sixth Form, Victoria, Għawdex; il-bini ta’ sular ġdid fid-Dun Manwel Attard Young Adult Resource Centre, il-Wardija; refurbishment sħiħ fil-Gozo College Primary School, ix-Xewkija; il-bini ta’ Child Care Centres ġodda f’Birkirkara u f’Ħaż Żebbuġ; it-titjib tas-St Margaret College Learning Support Centre, Bormla; il-bini ta’ sular ġdid fil-Maria Reġina College Primary School, Ħal Għargħur; u l-bini ta’ grawnd ġdid tal-futbol f’Santa Venera.

Huwa pożittiv ukoll li l-Gvern jibqa’ kommess li jinvesti f’iktar proġetti ta’ tisbiħ filwaqt li jibni skejjel ġodda fil-Qawra, Marsaskala, ir-Rabat (Għawdex) u l-Imsida

Ma’ dan wieħed iżid l-investiment fit-tisbiħ li l-Gvern jagħmel kull sajf u matul is-sena, fl-iskejjel tal-istat.

Kien hemm ukoll l-investiment kapitali enormi li l-Gvern investa fl-MCAST u fl-Universita’ ta’ Malta.

Dawn kienu ħames snin fejn l-iskejjel f’pajjiżna raw investiment kbir biex it-tfal u l-edukaturi tagħna jkunu jistghu jaħdmu u jitgħallmu f’postijiet dejjem aħjar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend