Anzjan jindarab gravi wara li nqabad bejn żewġ vetturi f'Ħaż-Żabar | One News

Notifiki

Anzjan jindarab gravi wara li nqabad bejn żewġ vetturi f’Ħaż-Żabar

Anzjan ta’ 73 sena ndarab gravi wara li nqabad bejn żewġ vetturi f’Ħaż-Żabbar.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-erbgħa fi Triq Strickland, Ħaż-Żabbar.Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 73 sena, residenti Ħaż-Żabbar stess, kien sofra xi ġrieħi meta l-van tiegħu tal-għamla Toyo ta Townace allegatament mexa waħdu u r-raġel inqabad bejn il-vann u vettura tal-għamla Toyota Tercel li kienet ipparkjata fl-istess triq.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend