78 tabib u kirurgi dentali jibdew jipprattikaw il-professjoni | One News

Notifiki

78 tabib u kirurgi dentali jibdew jipprattikaw il-professjoni

Ħames snin ta’ studji, impenn u dedikazzjoni għal 78 student tal-mediċina li issa 71 minnhom saru tobba u 7 kirurgi dentali, intemmew b’suċċess f’ċerimonja simbolika fil-Ministeru għas-Saħħa fejn ingħataw il-liċenzja biex ikunu jistgħu jipprattikaw il-professjoni tagħhom.

F’diskors tal-okkażjoni, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li l-akbar preġju għal dawn it-78 professjonist huwa l-fiduċja tal-pazjenti. Filwaqt li ħeġġiġhom biex ikunu diliġenti f’xogħolhom, fakkarhom fir-responsabbiltà kbira li jġorru. Ħeġġiġhom biex jibqgħu jistudjaw u jispeċjalizzaw f’oqsma diversi għaliex kull ma jmur qed tiżdied it-teknoloġija u l-innovazzjonijiet ġodda bil-għan li pajjiżna jsir ċentru ta’ riċerka fl-Ewropa.

Min-naħa tagħha, Dr. Ilona Debono mill-Kunsill Mediku Malti, fakkret fl-importanza tar-rispett reċiproku bejn il-professjonisti u l-pazjenti – b’dawn tal-aħħar tixirqilhom l-aħjar kura f’dak li jista’ jkun l-aktar żmien vulnerabbli ta’ ħajjithom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend