Tqarraq b'żewġ anzjani u tisloħhom €100,000 | One News

Notifiki

Tqarraq b’żewġ anzjani u tisloħhom €100,000

Mara ta’ 34 sena se tinżamm arrestata wara li tressqet il-Qorti akkużata li qarrqet b’żewġ anzjani biex tisraqhom €100,000. Jidher li l-akkużata għamlet dan billi ssieħbet mal-anzjani, ta’ 91 u 80 sena, u kkonvinċiethom biex ituha xi flus u cards tal-bank.Miriam Caruana kienet akkużata wkoll bi frodi u serq ta’ kullana tad-deheb, u li kisret il-kundizzjonijiet ta’ tliet sentenzi sospiżi mogħtija lilha fl-aħħar sentejn, u li hija riċediva.

Caruana wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha, iżda l-Qorti ma tatx il-ħelsien mill-arrest minħabba li ż-żewġ anzjani ma kienux preżenti fl-awla biex jagħtu x-xhieda tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend