Sfumat – Bejn dak li jidher u dak li ma jidhirx | One News

Notifiki

Sfumat – Bejn dak li jidher u dak li ma jidhirx

Alex ma jidher imkien. Jidher biss fil-kliem u fl-azzjonijiet ta’ dawk ta’ madwaru, l-iktar ta’ missieru Charles u bintu Maria. B’hekk, l-udjenza tifforma l-opinjoni tagħha fuqu u fuq kif tiżvolgi l-istorja: kunflitt kontinwu bejn il-konkret u l-astratt, bejn dak li jidher u dak li ma jidhirx, bejn dak li jintqal u dak li jibqa’ mistur.

‘Sfumat’ hija produzzjoni teatrali tal-Oratorju Salesjan f’Tas-Sliema u ser tara s-sehem ta’ atturi żgħażagħ, akkumpanjati minn mużika u koreografija oriġinali.

Din il-produzzjoni ser tittella’ nhar il-Ġimgħa 28 u s-Sibt 29 ta’ Settembru fit-Teatru Salesjan, Tas-Sliema.

Għal aktar tagħrif, żur il-paġna ‘Sfumat’ fuq Facebook.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend