Raġel bi ġrieħi gravi wara argument f'Ħal Tarxien | One News

Notifiki

Raġel bi ġrieħi gravi wara argument f’Ħal Tarxien

Sirjan ta’ 23 sena residenti l-Ħamrun indarab gravi b’daqqa ta’ arma li taqta u bil-ponta f’idu wara li kien involut fi ġlieda bejn 15-il Sirjan f’Ħal Tarxien. one.com.mt jinsab informat li l-ġlieda nqalgħet għall-ħabta tad-9.00 p.m. fi Triq Bjaġju Galea meta ġemgħa ta’ persuni barranin li għandhom bejn il-21 u t-30 sena, spiċċaw fl-idejn.

Jidher li waqt din il-ġlieda intużaw ukoll armi tal-injam u l-ħadid, injam, u arma li taqta u bil-ponta.

Fuq il-post issejħu bosta taqsimiet tar-Rapid Intervention Unit bis-sitwazzjoni tiġi kkontrollata wara ħidma intensiva.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend