Oliveira mill-ġdid kowċ ta' Floriana FC | One News

Notifiki

Oliveira mill-ġdid kowċ ta’ Floriana FC

One Sport jinsab infurmat li llum wara nofsinhar mistenni jasal f’pajjiżna l-kowċ Braziljan Luis Oliveira sabiex jieħu f’idu t-tmexxija tat-tim ta’ Floriana FC.

Oliveira, li fil-passat laghab fis-Serie A ma’ Fiorentina u Bologna, wasal fi ftehim mat-tmexxija ta’ Floriana FC sabiex mill-ġdid jieħu t-tmun tat-tim f’idejh wara li kien diġà mexxa lit-tim Furjaniż fl-istaġun 2015 / 2016.  Il-Brażiljan mistenni li jiffirma kuntratt sal-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Nhar it-Tnejn li għadda Floriana ħabbru li kienu waslu fi ftehim mal-kowċ Nicholas Chiesa sabiex tintemm l-avventura ta’ bejniethom wara żewġ telfiet fl-ewwel żewġ ħarġiet tal-Kampjonat Premier.

Din il-paġna tinsab infurmata ukoll li Luis Oliveira mistenni li jmexxi l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ illejla.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend