Aġġornat: Mara bi ġrieħi gravi wara li waqgħet f’gandott fil-Ħamrun – One News

Notifiki

Aġġornat: Mara bi ġrieħi gravi wara li waqgħet f’gandott fil-Ħamrun

Mara ta’ 57 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet għoli ta’ madwar seba’ filati għal ġo gandott fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu fi Triq Mountbatten il-Ħamrun. Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza biex joffru l-ewwel għajnuna lill-vittma.

Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie kkonfermat li din qed issofru minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend