L-Air Malta ġġorr 27% aktar passiġġieri f'Lulju | One News

Notifiki

L-Air Malta ġġorr 27% aktar passiġġieri f’Lulju

L-Air Malta rreġistrat żieda ta’ 27%  fil-passiġġieri fir-rotot tagħha bbażati f’Malta meta mqabbla mal-istess xahar tas-sena l-oħra. Matul dan ix-xahar, total ta’ 228,982 passiġġier inġarru mill-Air Malta minn u lejn Malta. Ix-xahar li għadda l-Air Malta kienet waħda mill-kontributur ewlieni talpassiġġieri addizzjonali rreġistrati mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Matul Lulju l-linja tal-ajru Maltija ġarret aktar minn 8,000 passiġġier fuq ir-rotot tagħha ta’ Katanja-Vjenna, Katanja-Londra Southend u Cagliari – Londra Southend.

Paul Sies, il-Kap Kummerċjali, qal li “xahar wara xahar qed naraw tkabbir. L-istrateġija tat-tkabbir tagħna li kienet tinkludi l-espansjoni tasservizzi tagħna fuq 21 rotta ġdida qed tagħti l-frott tagħha. Ilprenotazzjonijiet bil-quddiem għadhom b’saħħithom għas-sajf iżda rridu nkomplu nbiegħu l-kapaċità addizzjonali li tfajna fis-suq.”

Iċ-Chairman tal-Air Malta, Charles Mangion żied jgħid, “kuntenti ħafna b’dawn ir-riżultati li juru li għat-tielet xahar konsekuttiv żidna lpassiġġieri b’mod sostanzjali. Minbarra li nżidu d-dħul irridu nibqgħu niffukaw fuq l-ispejjeż tagħna bħal l-prezzijiet tal-fjuwil li komplew jiżdiedu matul is-sena.”

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi fakkar kif “matul dawn laħħar seba’ xhur l-Air Malta ġarret 200,000 passiġġieri aktar fuq ir-rotot tagħha bbażati f’Malta u 25,000 passiġġier ieħor fis-servizzi intraEwropej tagħha bejn Sqallija, Sardenja u Londra Southend. L-għan tattkabbir tal-linja tal-ajru qed jintlaħaq u bħala l-azzjonist ewlieni dawn irriżultati jinkoraġġuna. Flimkien mal-partijiet kollha ikkonċernati involuti fit-turiżmu qed nagħmlu ħilitna biex inkomplu niksbu suċċess flindustrija tat-turiżmu għall-benefiċċju tal-ekonomija Maltija kollha.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend