Jinżammu arrestati wara li nqabdu jisirqu minn dar fin-Nadur | One News

Notifiki

Jinżammu arrestati wara li nqabdu jisirqu minn dar fin-Nadur

Raġel ta’ 25 sena mill-Ħamrun, u raġel ieħor ta’ 30 sena minn Santa Venera tressqu l-Qorti b’akkuża ta’ serq minn dar privata f’Għawdex.

Il-każ seħħ fis-26 ta’ Awwissu fin-Nadur, meta ż-żewġt irġiel serqu iktar minn elfejn ewro minn dar privata.

Huma kienu akkużati wkoll li laqgħu fi ħdanhom oġġetti misruqa, ikkawżaw ħsara fi ħwejjeġ ta’ ħaddieħor, u li kienu riċedivi. Huma wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom, u se jinżammu arrestati mill-Pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend