ARA: Jibda x-xogħol ta' 68 appartament ta' housing soċjali f'Bormla | One News

Notifiki

ARA: Jibda x-xogħol ta’ 68 appartament ta’ housing soċjali f’Bormla

Jinsab għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ twaqqigħ ta’ djar mitluqa u abbandunati f’Bormla li fi żmien sentejn se jiġu rriġenerati fi 68 appartament ġdid għall-akkomodazzjoni soċjali.

Waqt żjara fuq il-lant tax-xogħol, is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li waqt li l-pjan oriġinali kien jinkludi l-bini ta’ sitta u ħamsin appartament, permezz ta’ emendi fil-pjanti, il-proġett se jinkludi 68 appartament flimkien ma’ child care centre, ċentru tal-komunità, u aktar minn mitt spazju ta’ parkeġġ.

Galdes spejga li l-proġett se jkun iffinanzjat minn parti mill-€100,000 li l-Gvern alloka għall-akkomodazzjoni soċjali.

Il-perit responsabbli mill-proġett, Daniel Micallef qal l-proġett hu mifrux fuq medda ta’ madwar 3,000 elef metru kwadru li jgħaqqad erba’ toroq f’Bormla: Triq l-Irlandiżi, Triq San Mark, Triq Santa Elena u Triq Hanover. Qal ukoll li dan il-proġett ħa ħsieb jħares elementi storiċi fl-inħawi.

“Beda x-xogħol ta’ demolition ta’ dak li qabel kienet żona abandunata li qabel kien vojt. Jinsab fi stadju avvanzat u propju ix-xogħol li ħa jkun qed jieħu post dan il-bini huwa proġett ta’ housing soċjali. il-permessi biex isir ilu ġej għexieren ta’ snin imma qatt ma sar”.

Is-Sindku ta’ Bormla, Alison Zerafa Civelli esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għal dan il-proġett. Qalet li ż-żona kienet ilha żmien twil abbandunata u n-nies kienu qatgħu qalbhom li l-wegħda li kienet saret magħhom minn awtoritajiet preċedenti kienet se ssir realtà.

“Dan il-proġett se jfisser nifs ġdid għan-nies ta’ Bormla iżda wisq partikolari għan-nies tal-madwar ta’ din iż-żona. Nafu sew kemm għal żmien twil din iż-żona kienet abandunata u r-residenti tal-madwar batew u sofrew għall-ħafna u ħafna snin. Din kienet wegħda li kienu qatgħu qalbhom minnha imma dan il-Gvern kien dak li wettaq din il-wegħda u ħa ħsieb lil dawn in-nies”.

Intant, statistika uffiċjali turi kif aktar minn sebgħin fil-mija ta’ dawk li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali huma nies li jkollhom problemi fiż-żwieġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend