Arrestati wara li nqabdu b’kilo droga f’gallinar fis-Siġġiewi – One News

Notifiki

Arrestati wara li nqabdu b’kilo droga f’gallinar fis-Siġġiewi

Iktar minn kilo sustanza ssuspettata eroina nstab f’razzett fis-Siġġiewi waqt ħidma mill-Iskwadra ta’ kontra d-droga tal-Pulizija lbieraħ waranofsinhar. Din is-sustanza nstabet f’gallinar fir-razzett stess.

Wara iktar investigazzjonijiet il-Pulizija sabet ukoll sustanza bajda suspettata kokaina moħbija f’vettura li kienet qed tiġi użata minn ġuvni ta’ 33 sena residenti Ħal Qormi.

Il-ġuvni, flimkien ma’ sid ir-razzett li għandu 42 sena, ġew arrestati fuq il-post. Mhux eskluż li dawn jitressqu l-Qorti għada b’rabta ma’ dan il-każ.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja, filwaqt li nħatret inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Gabriella Vella.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend