200,000 ħaddiem se jibdew jirċievu ċekk f'rifużjoni tat-taxxa- €11.4 Miljun fil-but tal-Maltin u l-Għawdxin | One News

Notifiki

200,000 ħaddiem se jibdew jirċievu ċekk f’rifużjoni tat-taxxa- €11.4 Miljun fil-but tal-Maltin u l-Għawdxin

Il-Gvern se jibda jwettaq waħda mill-prijoritajiet ewlenin fil-programmm elettorali tal-Partit Laburista hekk kif kull min jaħdem u jaqla’ sa €60,000 fis-sena se jirċievi bil-posta ċekk f’rifużjoni ta’ taxxa ta’ bejn €40 u €68.

Id-dettalji tal-iskema ngħataw f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna fejn spegja li din il-miżura se tħalli fil-bwiet tal-Maltin €11.4 Miljun,  u biha min jaqla’ l-inqas jieħu l-ikbar rifużjoni ta’ taxxa.

Qal li kull min ħadem is-sena li għaddiet – kemm fuq bazi full-time kif ukoll fuq bazi part-time, u ħaddiema li ma jħallsux taxxa għax jaqilgħu inqas minn €12,000, se jirċievu ċekk skont id-dħul tagħhom.

Il-Professur Scicluna spjega kif se taħdem is-sistema tar-refużjoni tat-taxxa f’kull kategorija kemm f’każi ta’ komputazzjoni tat-taxxa komuni għal mara u r-raġel u kemm jekk ikun hemm komputazzjoni separata.

Ħaddiema single li jaqilgħu sa  €15,000 se jiriċevu ċekk ta’ €60.

Dawk li jaqilgħu bejn €15,000 u €30,000  se jirċievu ċekk ta’ €50.

Ħaddiema single li jaqilgħu bejn €30,000 u €60,000 se jirċievu ċekk ta’ €40.

Ħaddiema miżżewġa bi dħul ta’ €20,000 se jirċievu ċekk ta’ €68.

Jekk jaqilgħu bejn €20,000 u €40,000 se jirċievu ċekk ta’ €56.

Ħaddiema miżżewġa bid-dħul ta’ bejn €40,000 u €60,000 se jirċievu ċekk ta’ €44.

 

Ġenituri li jaqilgħu sa €15,000 se jirċievu ċekk ta’ €64 ewro.

Ġenituri li jaqilgħu bejn €15,000 u €30,000 se jirċievu ċekk ta’ €52.

Filwaqt li ġenituri li jdaħħlu bejn €30,000 u €60,000 se jirċievu ċekk ta’ €40.

Ħaddiema li jaħdmu fuq bazi part-time se jieħdu ċekk ta’ €68.

Il-Ministru Edward Scicluna qal li l-Gvern żamm mal-wegħda tiegħu u qed ikompli jifrex il-ġid ekonomiku fost il-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Filwaqt li l-Gvern jixtieq li jaqta t-taxxa, ma jridx jagħmel kif kien isir fil-passat, li l-iktar wieħed li jaqla jagħtih l-ikbar rigal, u l-inqas wieħed li jaqla jispiċċa ma jaqla xejn.

Għaldaqstant, dawk li jaqilgħu aktar minn €60,000 mhu se jirċievu xejn, filwaqt li kull min jaqla’ inqas minn €60,000 se jaqilgħu iktar. Iċ-ċekkijiet se jibdew jintbagħtu mill-ġimgħa li ġejja.

Jekk ikun hemm persuni li jaħsbu li huma intitolati għaċ-ċekk u ma jirċevuhx jistgħu jċemplu għall-iktar informazzjoni fuq it-telephone – 153.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend