Tifel ta' 9 snin joqtol lilu nnifsu minħabba bbuljar | One News

Notifiki

Tifel ta’ 9 snin joqtol lilu nnifsu minħabba bbuljar

Tifel ta’ disa’ snin qatel lilu nnifsu wara li sofra erbat ijiem ta’ bbuljar omofobiku fl-iskola tiegħu f’Denver, Colorado, fl-Istati Uniti. 

James Myles kien għadu kif ammetta ma’ ommu li hu gay dan is-Sajf stess, u qal ukoll li ried jammetti dan ma’ sħabu tal-klassi għaliex kien kburi li hu gay.

L-Assoċċjazzjoni tal-iskejjel pubbliċi f’Denver issa bagħtet diversi psikologi biex jagħtu għajnuna lill-istudenti li kienu jafu lil James.

L-iskola ddeskriviet il-mewt tat-tifel bħala telfa mhux mistennija, u li riedet tgħin lill-ġenituri jispjegaw x’ġara lil uliedhom.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend