Tfal f'kamp tar-refuġjati jippruvaw jagħmlu suwiċidju | One News

Notifiki

Tfal f’kamp tar-refuġjati jippruvaw jagħmlu suwiċidju

 

F’dak li hu meqjus bħala wieħed mill-agħar kampijiet tar-refuġjati li jinsab fuq il-gżejjer Griegi f’Lesbos hemm tfal li minħabba l-kundizzjonijiet estremi li jinsabu fihom, kuljum, qed jippruvaw iwettqu suwiċidju.Fuq filmat li ttella’ fuq BBC, omm refuġjata tispjega li kemm huma kif ukoll uliedhom kuljum ikunu lesti li jaħarbu mill-kamp minħabba l-kundizzjonijiet li qed jgħixu fihom.

Ħaġa li tispikka fil-kamp Moira hi l-vjolenza bejn nazzjonijiet differenti, il-folla kbira ta’ refuġjati, nuqqas kbira ta’ kundizzjonijiet sanitarji u anke każijiet ta’ stupri.

Għaqda Medika Volontarja li tgħin lir-refuġjati ddeskrivit il-post bħala wieħed inuman. L-għaqda kompliet tgħid li ħaġa li tispikka hi r-riħa qawwija li hemm ta’ drenaġġ, fejn innutat ukoll li hemm nuqqas kbir ta’ toilets.

Fil-kamp Moira bħalissa hemm aktar minn 8,000 refuġjat, liema post li suppost jospita 2,000 refuġjat biss.

Dan il-kamp ġie mqabbel u ddeskrivit agħar mill-gwerra tas-Sirja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend