'Scary Spice' tidħol f'rijabilitazzjoni wara esperjenzi trawmatiċi | One News

Notifiki

‘Scary Spice’ tidħol f’rijabilitazzjoni wara esperjenzi trawmatiċi

Il-kantanta ta’ fama internazzjonali Mel B, li kienet parti mill-grupp Spice Girls, se tidħol għal programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba esperjenzi trawmatiċi li għaddiet minnhom riċentament fir-relazzjoni tagħha.

Mel B ta’ 43 sena għadha kif temmet ir-relazzjoni tagħha mal-produttur tal-films Stephen Belafonte wara li stqarret li kellu relazzjoni abbużiva magħha. Mel B stqarret ukoll li hi kienet tiġi mhedda minn Belefonte, billi kien jgħidilha li se jeqridilha l-karriera mużikali tagħha billi jxandar filmati sesswali tagħha.

Hi kompliet tgħid li l-istat ta’ din ir-relazzjoni kif ukoll il-mewt ta’ missierha wassluha biex tfittex l-għajnuna.

F’filmat riċenti li xeħtet fuq il-paġna ta’ instagram tagħha flimkien mat-tifla tagħha jidher ktieb dwar kif tfejjaq din il-kundizzjoni.

Aktar kmieni dan ix-xahar żewġha nħeles minn kull akkuża li kellu dwar abbużi, bil-Maġistrat jitlob lill-kantanta biex tħallas danni ta’ $270,000 lill-eks raġel tagħha u aktar minn $3,00 fix-xahar f’għajnuna finanzjajra lit-tfal.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend