L-Għannej tal-Mulej jiddaħħal l-Isptar | One News

Notifiki

L-Għannej tal-Mulej jiddaħħal l-Isptar

Ħafna jsejħulu Ġorġ oħrajn bħala Ġorġ tal-Mużew madankollu l-maġġoranza tan-nies jafuh aħjar bħala l-Għannej tal-Mulej.

Ġorġ Agius rebaħ post f’qalb ħafna Maltin wara li qatta parti kbira minn ħajtu jżur lil nies morda u anzjani fl-isptarijiet sabiex jferraħħhom u jwennishom permezz ta’ taqbila wara l-oħra mimlijin kliem ta’ ferħ u kuraġġ.

Ħafna jirrakuntaw, kif dlonk kien jerħila lejn l-isptar kuljum fil-ħamsa ta’ filgħodu.

Madankollu llum il-folja nqalbet ta’ taħt fuq hekk kif issa kien imiss li hu jidaħħal l-isptar.

Ġorġ li issa għandu tnejn u disgħin sena qed jingħata l-kura fl-isptar Mater Dei wara li saħħtu bdiet sejra lura.

Minkejja li Ġorġ tul dawn l-aħħar snin ma setax jibqa’ jmur l-isptar minħabba saħħtu hu kien jibqa’ jżomm lill-pazjenti kollha f’talbu.

Illum Ġorġ ħa lura dak li ta hu għal ħafna snin. Matul il-ġurnata wieħed seta’ jinnota kif fuq il-midja soċjali ħafna żammew f’moħħhom lil din il-persuna li tant kienet ta’ faraġ għal ħaddieħor.

One News jawgura lil Ġorġ fejqan ta’ malajr.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend