Jirreżenja minn Ministru mingħajr ma jgħid lil martu jew lill-President Macron – One News

Notifiki

Jirreżenja minn Ministru mingħajr ma jgħid lil martu jew lill-President Macron

Nicolas Hulot, il-Ministru għall-Ambjent Franċiż, ħabbar li se jirreżenja mill-Parlament f’intervista fuq ir-radju.

Fl-istess intervista, Hulot ammetta li l-President Franċiż Emmanuel Macron u l-Prim Ministru Philippe Philippe ma kinux jafu b’din id-deċiżjoni qabel ma ħabbarha f’intervista diretta. Żied jgħid li lanqas martu stess ma kienet taf b’dik li kellha tkun l-iktar deċiżjoni diffiċli ta’ ħajtu.

Huwa qal li r-raġuni għal din id-deċiżjoni kienet għaliex ħassu li kien l-uniku membru tal-Gvern Franċiż li kien qed jiġġieled kwistjonijiet ambjentali.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend