Tfittex għad-danni lil sid kelb li sfrakassalha wiċċha | One News

Notifiki

Tfittex għad-danni lil sid kelb li sfrakassalha wiċċha

Mara li ġarrbet ġrieħi permanenti f’wiċċha wara li sfat attakkata minn kelb, ressqet protest ġudizzjarju fil-Qorti għaliex il-Pulizija ma ħadux passi kontra sid il-kelb li attakkaha.

Il-kelb attakka lil Lindsey Vella ta’ 23 sena minn Tas-Sliema f’ħanut tal-merċa fil-Gżira, u sfrakassalha wiċċha b’mod permanenti. Fil-ħin tal-attakk, il-kelb kien ma’ sidu.

Issa, it-tfajla qed tgħid li l-Pulizija ddeċidiet li ma tieħux passi kontra sid il-kelb wara li t-tfajla talbet dan.

It-tfajla se tieħu l-passi legali kontra l-Pulizija biex dan il-każ jitressaq il-Qorti, u Vella tfittex għad-danni lil sid il-kelb.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend