Nicholas Chiesa jispiċċa minn kowċ ta' Floriana FC | One News

Notifiki

Nicholas Chiesa jispiċċa minn kowċ ta’ Floriana FC

Floriana FC u l-kowċ Nicholas Chiesa llum waslu fi ftehim li jtemmu r-relazzjoni kalċisitika tagħhom biex b’effett immedjat Chiesa m’għadux jokkupa l-kariga ta’ kowc ta’ Floriana FC.

Fi stqarrija Floriana FC rringrazzjaw lil Nicholas Chiesa tal-kontribut tiegħu bħala player u bħala kowċ ma’ Floriana FC u għall-impenn u d-dedikazzjoni li hu wera fiż-żewġ irwoli li hu kien fihom mal-klabb.

Bħala captain ta’ Floriana FC, Nicholas Chiesa, rebaħ it-Trophy filwaqt li bħala kowċ Chiesa wassal lit-tim biex jirbaħ is-Super Cup; żewġ kisbiet importanti għall-klabb.

Fil-ġranet li ġejjin Floriana FC se jħabbru l-ħatra ta’ kowċ ġdid hekk kif ikunu konklużi negozjati li l-klabb jinsab għaddej bihom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend