L-identità tal-artist Malti: Esebiti xogħolijiet moderni f'wirja bl-isem Nisġa | One News

Notifiki

L-identità tal-artist Malti: Esebiti xogħolijiet moderni f’wirja bl-isem Nisġa

Ikompli l-programm kulturali tal-Valletta 18 din id-darba permezz ta’ wirja artistika b’mistoqsija sempliċi imma importanti warajha: Min hu l-artist Malti?

Il-wirja bl-isem Nisġa ser tkun qed tara li twieġeb din il-mistoqsija hekk kif fiha ser ikunu esebiti xogħolijiet moderni u kontemporanji minn artisti Maltin.

B’hekk il-kumplessità u l-identità tal-artist Malti f’dawn ix-xogħolijiet tqajjem iktar kuxjenza ma dawk kollha li jattendu din l-esebizzjoni.

Ħafna mix-xogħolijiet artistiċi li ser ikunu esebiti huma parti minn kollezzjonijiet privati tal-familjari ta’ dawn l-artisti. Xogħolijiet li qabel ma kienux aċcessibbli għal-pubbliku.

B’hekk wieħed ma jagħmilx ħażin li jaħtaf l-opportunità u jżur din l-esebizzjoni tant rikka bi storja u kultura fl-Ispazju Kreattiv fil-Belt Valletta bejn is-7 ta’ Settembru u l-4 ta’ Novembru li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend