Kampanja f'Mater Dei dwar it-tilqim kontra l-ħosba | One News

Notifiki

Kampanja f’Mater Dei dwar it-tilqim kontra l-ħosba

Tnediet kampanja fost il-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei biex jitlaqqmu għall-MMR.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li din l-inizjattiva ttieħdet hekk kif fl-Ewropa, partikolarment fil-pajjiżi tal-Lvant, bħalissa hemm ħafna każijiet ta’ ħosba.

Huwa qal li filwaqt li fl-elfejn u sittax, fl-Ewropa kien hemm aktar minn ħamest elef każ ta’ ħożba, din is-sena f’sitt xhur kien hemm aktar minn erbgħin elf każ, fosthom sitta f’Malta.

“Aħna ħadna l-pass preventiv biex dawk in-nies li għandna jaħdmu fis-servizz tas-saħħa li m’humiex ċerti jew jafu li ma ħadux it-tilqima tal-ħosba, intuwilhom, biex jekk jiltaqgħu ma’ każijiet ta’ ħosba jkunu protetti u jkunu jistgħu jagħu servizz anke lil pazjenti oħrajn”, qal il-Ministru.

Il-Ministru Feane fisser kif f’Malta, it-tilqima tingħata f’żewġ dożi: l-ewwel waħda lil trabi ta’ ħmistax-il xahar, u t-tieni doża tliet snin wara. B’sodisfazzjon qal li f’Malta għall-ewwel tilqima hawn erbgħa u disgħin fil-mija tat-tfal imlaqqma u filwaqt li disgħin fil-mija tat-tfal ħadu t-tieni tilqima.

Huwa qal li waħda mir-raġunijiet wara din iż-żieda kien it-tnaqqis fir-rata ta’ tilqim minħabba l-biżà infondata li t-tilqim jista’ jagħmel ħsara.

Fattur li dwaru tkellem ukoll il-kap tad-dipartiment tal-patoloġija, Dr. Christopher Barbara:

“Fl-antik kien hemm tensjoni li din it-tilqima tista’ twassal għall-awtiżmu. Din assolutament mhi veru xejn, u allura qed inħajru lil dak li jkun jieħu t-tilqima”.

Intant, il-Ministru awgura lill-mitt infermiera ġodda li bdew jaħdmu fl-Isptar u li ngħaqdu mal-mija u erbgħin li bdew b’din il-vokazzjoni diġà din is-sena.

Temm jgħid li l-ħsieb hu li sal-aħħar tas-sena jiddaħħlu mal-mitejn infermier ġdid.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend