Imut is-sewwieq tal-mutur li ndarab fl-inċident fl-Imsida – One News

Notifiki

Imut is-sewwieq tal-mutur li ndarab fl-inċident fl-Imsida

Miet is-sewwieq tal-mutur li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imsida wara ħamest ijiem jissielet għal ħajtu. Il-vittma huwa Mark Vassallo, ir-raġel tal-attriċi popolari Moira Vassallo li fosthom ħadet sehem fis-serji Ingroppi u Tfal jiġu bil-vapuri. 

L-inċident seħħ fit-22 ta’ Awwissu filgħodu, għall-ħabta tat-7:45 fi Triq Marina, l-Imsida.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li fl-inċident kienu involuti żewġ vetturi u mutur; Peugeot 206, misjuqa minn raġel ta’ 24 sena, residenti n-Naxxar, Toyota Vitz, misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti n-Naxxar ukoll u l-mutur tat-tip Daelim, misjuq mill-vittma ta’ 53 sena, residenti l-Imsida.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil Vassallo l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Pulizija kkonfermat llum li Vassallo sfortunatament tilef ħajtu kawża tal-ġrieħi li ġarrab.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend