Il-goaler Sean Cini jiffirma ma’ Ħamrun Spartans – One News

Notifiki

Il-goaler Sean Cini jiffirma ma’ Ħamrun Spartans

Wara rebħa u draw fl-ewwel żewġ ħarġiet, Ħamrun Spartans komplew bil-kampanja qawwija ta’ akkwisti, hekk kif ftit tal-ħin ilu ħabbru l-akkwist tal-goaler veteran Sean Cini.

Cini, li għandu 36 sena, lagħab ma’ bosta timijiet tul il-karriera tiegħu fosthom Tarxien Rainbows FC, Sirens FC, Mqabba FC, St. George’s FC u Vittoriosa Stars FC.Cini għalhekk se jkun qed jingħaqad ma’ Manuel Bartolo u Lydon Moore fid-dipartiment tal-goalers fit-tim immexxi minn Giovanni Tedesco.

L-impenn li jmiss ta’ Ħamrun Spartans ikun il-Hadd 16 ta’ Settembru kontra St. Andrews

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend