FILMAT: Jeħlisha bi ġrieħi gravi wara li spiċċa fuq iċ-ċinta tal-Bypass – One News

Notifiki

FILMAT: Jeħlisha bi ġrieħi gravi wara li spiċċa fuq iċ-ċinta tal-Bypass

Ġuvni ta’ 22 sena jista’ jgħoddha b’waħda wara li waqa’ madwar sular għoli fl-Imsida. Dan hekk kif minkejja li ndarab gravi, il-waqgħa setgħet tiġih aktar agħar hekk kif seta’ jaqa’ għat-triq ta’ taħtha, il-Bypass.Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ prelimin ari illi sar, irriżulta li ġuvni ta’ 22 sena mir-Repubblika Ċeka waqa` għoli ta’ madwar sular. Minn investigazzjonijiet ulterjuri illi saru, irriżulta illi filwaqt li l-ġuvni kien qiegħed fuq ċint fi Triq Victor Denoaro għal xi raġuni waqa` għal fuq ċinta li tagħti għal fuq Triq Mikiel Anton Vassalli.

Fuq ix-xena tal-inċident għad fadal biss arloġġ u beritta li jimmarkaw il-post fejn waqa’ l-ġuvni, waqa’ li setgħet tiġih ferm agħar.

Għaldaqstant fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza sabiex jassistu lill-vittma. Huwa ttieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġriehi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend