Ġuvni jindarab gravi wara li baqa' dieħel f'barrikati tal-ġebel fil-Marsa | One News

Notifiki

Ġuvni jindarab gravi wara li baqa’ dieħel f’barrikati tal-ġebel fil-Marsa

Ġuvni ta’ 25 sena ndarab gravi wara li baqa’ dieħel f’barrikati tal-ġebel fil-Marsa.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-erbgħa u nofs fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ illi sar, irr iżulta li ġuvni ta’ 25 sena tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq, tat-tip Toyota Vitz, u baqa’ dieħel fil-barrikati tal-ġebel li hemm fl-istess triq fi d-direzzjoni tal-Belt Valletta.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend