Grupp ieħor ta' immigranti tal-MV Lifeline jitlaq lejn il-Belġju | One News

Notifiki

Grupp ieħor ta’ immigranti tal-MV Lifeline jitlaq lejn il-Belġju

Grupp ieħor ta’ immigranti li ddaħlu Malta bil-bastiment MV Lifeline ħalla Malta għall-Belġju fl-aħħar ħin. 

Dan ikkonfermah il-Prim Ministru Joseph Muscat fi tweet ftit tal-ħin ilu. Dan bħala parti mill-ftehim Ewropew li sar b’inizjattiva tal-Prim Ministru Malti.

L-MV Lifeline iddaħħal Malta f’Ġunju li għadda b’ 230 passiġġier abbord, li qed jitqassmu bejn tmien Stati Membri Ewropej wara li ġew eżaminati u ngħataw iċ-ċans japplikaw għall-ażil. It-tmien pajjiżi li kkonfermaw li ser jieħdu numru ta’ individwi huma: Malta, Franza, l-Irlanda, il-Lussemburgu u l-Portugall.

Il-Prim Ministru Muscat kien saħaq li Malta ma kellha l-ebda obbligu internazzjonali sabiex tgħin lill-vapur iżda għamlet dan fuq bażi umanitarju.

L-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda għar-Refuġjati, il-UNHCR, laqgħet bi pjaċir id-deċiżjoni tal-Gvern Malti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend