Bandli ġdid f'Marsascala b'investiment ta' €160,000 | One News

Notifiki

Bandli ġdid f’Marsascala b’investiment ta’ €160,000

Minn nhar il-Ħadd li ġej, il-komunitá ta’ Marsascala se tkun tista’ tgawdi bandli ġdid fil-lokalitá wara investiment ta’ €160,000.

Aktar kmieni llum, il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg u Segretarju Parlamentari Chris Agius żaru s-sit u raw l-aħħar fażijiet ta’ xogħol qabel l-inawgurazzjoni fi tmiem din il-ġimgħa.

Is-sindku ta’ Marsascala Mario Calleja spjega ma’ One News kif ser ikun imqassam dan il-bandli ġdid.

 

“Jekk wieħed jara n-naħa ta’ fuq hija biex wieħed jiġġieled l-obeżitá. Hija outdoor gym ieħor bħal ma għandna San Tumas u anke fil-park tal-familja. Għandna żewġ equipments tajbin immens u għandna parti mill-bandli li huma għal persuni bi bżonnijiet speċjali, jiġifieri persuna b’wheelchair illum il-ġurnata tista’ tiġi hawnekk liberament u tista’ tibandal ukoll”.

Madankollu dan il-bandli ġdid mhux biss ser ikun għal qalb ħafna minħabba l-aċċessibbiltá u l-apparat differenti li joffri iżda wkoll minħabba li ser qed ifakkar il-memorja ta’ persuna li tant ħadmet għal din il-komunitá bħala attivist kulturali u membru fil-kumitat tal-Kunsill Lokali. Is-Sindku spjega li dan se jissemma għal Alfred Debono, Missier il-kultura Scalina, “meta jien ikkomunikajt mal-familja tiegħu ħadu gost ħafna. Dan huwa aprezzament għal dan ir-raġel ma nista ntiħ xejn ħlief ringrazzjament għax-xogħol li għamel, u għahekk iddeċidejna bħala Kunsill li nsemmuh hekk”.

Dan l-investiment sar mid-Development Planning Fund. Fond li matul din is-sena biss, wassal għal aktar minn €2.5miljun fi proġetti madwar diversi lokalitajiet f’pajjiżna.

B’hekk ukoll issa li l-Gvern ser ikun qed jieħu responsabbiltá tat-toroq, il-Kunsilli madwar Malta kollha ser ikunu jistgħu jużaw dawn il-fondi biex jagħmlu iktar proġetti ta’ dan it-tip.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend