Arrestat fi Spanja wara 20 sena tfittxija b'rabta ma' qtil ta' tifel ta' 11-il sena fl-Olanda | One News

Notifiki

Arrestat fi Spanja wara 20 sena tfittxija b’rabta ma’ qtil ta’ tifel ta’ 11-il sena fl-Olanda

Il-Pulizija Olandiża qed tinvestiga l-għajbien u l-qtil ta’ student bl-isem ta’ Nicky Verstappen li għeb fl-1998 fejn qalu li s-suspett ewlieni ġie arrestat fi Spanja.

Jos Brech ġie identifikat bħala s-suspettat ewlieni permezz ta’ waħda mill-akbar operazzjonijiet li seħħet biex jiġi identifikat permezz tad-DNA, li fosthom kienet tinkludi l-qraba tiegħu. 

Din għenet lill-Pulizija biex is-suspettat jiġi identifikat mid-DNA ta’ fuq il-ħwejjeġ tal-istudent.

Is-suspettat issa mistenni li jiġi estradit lura lejn pajjiżu.

L-arrest sar wara li sar appell ġimgħa ilu fejn l-investigaturi ppubblikaw ritratti tas-suspettat. Kien proprju Olandiż li jgħix fi Spanja li rrikonoxxa lir-raġel fir-ritratti u rrapporta lill-Pulizija.

Nicky, li kellu biss 11-il sena, kien qed jattendi għal kamp tas-sajf f’Awwissu tal-1998 meta għeb mit-tinda tiegħu. Il-katavru tiegħu nstab fil-foresta l-għada tal-għajbien.

Jos Brech, li kien jgħix fil-qrib, ġie rrapportat nieqes aktar kmieni din is-sena wara l-operazzjoni intensiva li saret mill-investigaturi fl-Olanda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend