Serqa minn ħanut tal-ħwejjeġ ta' taħt fil-Fgura | One News

Notifiki

Serqa minn ħanut tal-ħwejjeġ ta’ taħt fil-Fgura

Ħanut tal-ħwejjeġ ta’ taħt fil-Fgura safa fil-mira ta’ serqa wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-06:00 s-sidien sabu l-bieb sgassat. 

Il-każ seħħ il-lejl li għadda fi Triq Ħaż-Żabbar fil-Fgura.

Jidher li l-ħallelin irnexxielhom jidħlu u serqu l-flus li kien hemm fil-kexxun tal-flus.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend