Diversi persuni jinqatlu f'sensiela ta' sparaturi fi Florida | One News

Notifiki

Diversi persuni jinqatlu f’sensiela ta’ sparaturi fi Florida

Diversi persuni sfaw maqtula f’sensiela ta’ sparaturi li għadhom kif seħħew fi stabbiliment tad-divertiment f’Jacksonville, Florida, fl-Istati Uniti. 

Għexieren ta’ persuni oħra qed jingħataw il-kura fi sptar fil-viċinanzi, u l-Pulizija qed tħeġġeġ lil kulħadd, inkluż membri tal-midja biex jevitaw iż-żona.

Fuq Twitter, il-Pulizija ta’ Jacksonville qalet li l-persuna maħsuba li kienet il-moħħ wara dan l-attakk sfat maqtula, iżda għadu mhux magħruf jekk hemm xi suspettati oħra.

Rapporti fil-midja qed jgħidu li l-isparaturi seħħew waqt sensiela ta’ logħob virtwali fi stabbiliment popolari għal dan is-settur.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend