"Delia ma weġibx l-aktar domanda importanti" – PL | One News

Notifiki

“Delia ma weġibx l-aktar domanda importanti” – PL

Meta dalgħodu l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, tkellem dwar il-kuntratt ta’ San Vincenz De Paul, ma weġibx l-iktar mistoqsija importanti. Qal dan il-Partit Laburista fi stqarijja. 

Il-PL qal kif ma qalx jekk kienx jaf bl-involviment ta’ De Marco bħala l-konsulent legali tal-kumpanija li rebħet il-kuntratt.

Spjega li l-mistoqsija prinċipali hi jekk De Marco nfurmahx bis-sehem tieghu.

Temm billi qal għax bħala l-bniedem li ddefenda l-kuntratt, De Marco jista’ jgħidlu kollox.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend