Waddbet il-laned mimlijin droga mill-karozza | One News

Notifiki

Waddbet il-laned mimlijin droga mill-karozza

Charmaine Bezzina, ta’ 38 sena minn Ħal Luqa, inżammet arrestata wara li ġiet mixlija li kellha fil-pussess tagħha d-droga kokaina u eroina. Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Aaron Bugeja, semgħet kif l-iskwadra ta’ kontra d-droga, bejn it-22 u t-23 t’Awwissu segwiet lill-akkużata mill-Gżira sa Ħal Luqa. Kien hemmhekk fejn il-pulizija interċettaw lil mara li hekk kif rathom tefgħet żewġ laned minn ġol-karozza. Il-laned kellhom fihom ammont ta’ droga kokaina. Dan filwaqt li fil- karozza instabet landa oħra ta’ droga eroina. Għal din tal-aħħar, il-mara aċċettat ir-responsabilità.
Hija ġiet akkużata wkoll li kissret il-kondizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqha mill-Qorti fuq każ ieħor. L-akkużata ddikjarat li hija mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha. L-avukat David Camilleri, li deher għall-akkużata, qal li d-difiża mhux se titlob għall-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti laqgħet it-talba tal-prosekuzzjoni u filwaqt li żammet il-mara arrestata, ordnat is-sekwestru tal-assi tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend