Tingħalaq parti mill-bankina ta’ max-xatt ta’ San Ġiljan bħala prekawzjoni – One News

Notifiki

Tingħalaq parti mill-bankina ta’ max-xatt ta’ San Ġiljan bħala prekawzjoni

Ingħalqet parti żgħira mill-bankina ta’ max-xatt f’San Ġiljan, eżatt quddiem il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu. Dan sar bħala prekawzjoni wara li l-periti ta’ Infrastructure Malta nnutaw periklu fl-istruttura.

Il-Ministeru għall-Infrastruttura, permezz  tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet, qed jikkollabora mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan u Transport Malta biex jinvestigaw x’wassal għal dan il-periklu. Fl-istess ħin qed issir il-ħidma meħtieġa biex il-kollinni u l-arkati merfugħa fuq il-baħar jkunu msaħħa mill-iktar fis.

Il-Ministru Ian Borg talab li ssir spezzjoni tal-istrutturi kollha ta’ max-xatt u oħrajn bħalhom biex il-kwalità tal-infrastruttura ta’ pajjiżna dejjem tkompli titjieb.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend