Ordnati jitniżżlu mill-vapur Diciotti – One News

Notifiki

Ordnati jitniżżlu mill-vapur Diciotti

L-Uffiċċju Marittimu tas-Saħħa ta’ Katanja ordna li 11-il mara u ħamest irġiel, bi tnejn minnhom suspettati li għandhom it-tuberkulożi, jitniżżlu minn fuq il-Patrol Boat Taljana bl-isem Diciotti.Il-Ministru għall-Intern Taljan, Matteo Salvini, ikkonferma li s-sitwazzjoni hija waħda trankwilla, u enfasizza li qed jaħdem bi prospetti pożittivi għal soluzzjoni pożittiva fuq il-każ.

Sadanittant f’Ruma, għadu għaddej is-smigħ mill-prosekutur b’rabta mal-investigazzjoni fuq il-vapur tal-gwardja tal-kosta li jinsab fil-port ta’ Katanja.

Mill-għassa tal-Gwardja Kostali tlett ijiem ilu, sebgħa u għoxrin minorenni mhux akkumpanjati tniżżlu mill-vapur filwaqt li abbord għad hemm 130 Eritrej, 10 immigranti mill-Gżejjer Komoro, sitt persuni minn Bengali, żewġ Sirjani, persuna Eġizzjana u oħra Somala.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend