Multa u sentenza sospiża wara li insulenta l-Pulizija | One News

Notifiki

Multa u sentenza sospiża wara li insulenta l-Pulizija

Eric Jacques Thomas Arnaud, Franċiż residenti f’pajjiżna ġie akkużat li għall-ħabta tat-03:30 ta’ nhar l-25 ta’ Awwissu  insulenta u hedded uffiċjali tal-Pulizija f’San Ġiljan. Huwa kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika, li m’obdiex l-ordnijiet tal-pulizija u li nstab xurban f’post pubbliku u ma kienx kapaċi jieħu ħsieb tiegħu nnifsu. Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Leroy Balzan Engerer qalet kif wara huwa ammetta li kien żbalja. Il-Qorti semgħet lill-avukat David Camilleri jiddefendi lill-akkużat hekk kif spjega li l-akkużat kien qiegħed festin jiċċelebra hekk kif ftit taż-żmien ilu għalaq għeluq sninu. Huwa spjega kif l-akkużat aġixxa b’dan il-mod deploreboli mhux għax hu ried jirredikola lill-pulizija, iżda għax kien xorob xi ftit żejjed.

Il-prosekuzzjoni saħqet li filwaqt li dawn l-inċidenti kontra membri tal-korp dejjem qed jiżdiedu, minħabba li ma kkawża l-ebda danni fuq il-persuna tal-Pulizija jew fuq l-uniformi tagħhom, u anke talab apoloġija pubblika ta’ dak li għamel, multa f’dan il-każ tkun biżżejjed.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Aaron Bugeja tat sentenza sospiża għal sitt xhur u multa ta’ €1,000 li trid titħallas fi żmien tlett xhur.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend